Dwarna
L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti twaqqfet aktar minn 90 sena ilu, fl-1920, bil-ħidma ta' Ġużè Muscat Azzopardi, Franġisku Saverju Caruana, Dun Karm Psaila, Ninu Cremona u xi oħrajn.
L-għanijiet tal-Għaqda kienu t-tixrid tal-ilsien u tal-letteratura Maltija kif ukoll it-tiswir ta' ortografija standard. Fl-1964, wara bidla statutorja, l-Għaqda bidlet isimha u saret l-Akkademja tal-Malti, kif għadha magħrufa sal-lum.
L-Akkademja hi għaqda volontarja. Illum, l-għan ewlieni tagħha huwa li ġġib 'il quddiem l-istudju akkademiku fuq il-letteratura u l-lingwistika Maltija. L-għanijiet l-oħra tagħha huma li tħares il-jeddijiet tal-ilsien Malti bħala l-lingwa nazzjonali u uffiċjali ta’ Malta, li toħloq kuxjenza favur l-użu effettiv tal-Malti fl-oqsma kollha tal-ħajja u li tibni kuntatt ma' ħbieb tal-Malti u ma' persuni li jużaw il-Malti barra minn Malta.
Dan tagħmlu id f’id mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, l-entità tal-Gvern għal-lingwa Maltija, fit-twettiq tal-politika lingwistika tiegħu għal pajjiżna, kif definit fl-Att dwar l-Ilsien Malti.
ATTIVITAJIET
L-40 sena mill-mewt ta' Ninu Cremona u l-50 anniversarju ta' Patri Anastasju Cuschieri
Fl-24 ta' Frar, l-Akkademja tellgħet taħdita fuq Ninu Cremona.
Din is-sena jaħbat ukoll il-100 anniversarju mit-twelid tal-poeta Anton Buttigieg.
------
Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-mewt tal-Poeta Nazzjonali nbena dan is-sit.
Akkwista d-DVD tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, b'filmati esklużi ta' Dun Karm:
Jekk tixtieq kopja tas-CD bl-innijiet ta' Dun Karm, kantati mill-kor Laudate Pueri, iktbilna.
------
Matul l-2011 fakkarna wkoll il-100 anniversarju mit-twelid tal-Prof. Ġużè Aquilina u d-90 anniversarju mill-mewt ta' Manwel Dimech.
DAR DOREEN MICALLEF
L-Akkademja tal-Malti nawgurat is-sede l-ġdida tagħha fi Triq Sant'Andrija, il-Belt. Dar Doreen Micallef infetħet uffiċjalment minn Dr Louis Galea f'Jum l-Akkademja, it-Tnejn, 14 ta' Novembru 2011.
Ftit ġimgħat wara, id-Dar żarha l-President ta' Malta.
IL-MALTI Ħarġiet ġodda

Ħarġa Akkademika (2011)

Ħarġa Speċjali (2011)
Jinbiegħu mill-ħwienet tal-kotba ewlenin. Il-membri tal-Akkademja, aġġornati fis-sħubija, jirċievu dejjem kopja bla ħlas.
STQARRIJIET Stqarrijiet għax-Xandir
IR-REGOLI TAL-KITBA TAL-MALTI
IL-KANTILENA TA' PIETRU CAXARU
(bil-kortesija tal-PBS u ta' di-ve.com)
(Qari ta' Dr Martin Zammit)
Isma' aktar (bil-kortesija ta' Palazzo Falson, l-Imdina)
RADD TA' ĦAJR
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni ssussidja dan is-sit għall-Akkademja. Ħajr lil Dr Louis Galea u lill-On. Charlo Bonnici għal dan.
L-Akkademja tal-Malti 12, App. 1, Dar Doreen Micallef, Triq Sant'Andrija, Il-Belt Valletta VLT 1341
info @ akkademjatalmalti.com
|