Privatezza Personali

Il-Kunsill tal-Akkademja ma jiġbor l-ebda informazzjoni personali tal-membri sakemm din ma tiġix ipprovduta volontarjament. Kull informazzjoni personali li tasal għand il-Kunsill tinżamm fi ħdan l-amministrazzjoni tal-Akkademja, skont il-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni tal-2001.

L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data għadda fl-14 ta’ Diċembru 2001, u ġie fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju 2003. Għalhekk, il-Kunsill tal-Akkademja għandu d-dmir li jirrispetta u jipproteġi kull informazzjoni personali li tinġabar mingħand il-membri. Il-Kunsill jieħu s-salvagwardji kollha neċessarji kontra kull aċċess mhux awtorizzat għad-dettalji miġbura, u ma jgħaddix dawn id-dettalji lil terzi persuni mingħajr il-kunsens tal-membru kkonċernat.

Il-membri tal-Akkademja li jibagħtu informazzjoni personali biex tiġi ppubblikata f’dan is-sit għandhom jibagħtu permess bil-miktub lill-Kunsill tal-Akkademja biex jippubblika din l-informazzjoni.